Il-Prim Ministru Robert Abela qal li għada l-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2026 se jkun qed isir dibattitu Parlamentari b’rabta mal-verdett u l-għoti tas-sentenza fuq il-ġuri dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Prim Ministru sostna li d-dibattitu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż irid isir b’rispett sħiħ lejn is-sentenza mogħtija mill-Qorti Kriminali wara l-verdett tal-ġurati.
L-indirizz sħiħ tal-Prim Ministru Robert Abela hawn: https://shorturl.at/BHvAe.